You are here

Fatti u Ċifri (ESENER)

Stħarriġ Ewropew tal-EU-OSHA ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) huwa stħarriġ estensiv li jħares lejn kif ir-riskji tas-saħħa u tas-sigurtà jiġu ġestiti fuq il-postijiet tax-xogħol Ewropej.

Rappreżentanti ta' eluf ta' negozji u organizzazzjonijiet fl-Ewropa kollha jwieġbu għall-kwestjonarji tal-ESENER, li jiffukaw partikolarment fuq:

  • Riskji OSH ġenerali u kif dawn huma ġestiti
  • Riskji psikosoċjali, bħal stress, bullying u fastidju
  • Xprunaturi ta' u ostakli għal azzjoni fil-ġestjoni tal-OSH
  • Il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fl-OSH

L-istħarriġ 2014 huwa saħansitra aktar dettaljat u estensiv mill-ewwel wieħed, bid-daqsijiet tal-kampjuni miżjuda bin-nofs, u fi tliet pajjiżi, il-kampjuni nazzjonali ngħataw spinta addizzjonali. ESENER-2 jinkludi mikrointrapriżi ta' 5 sa 10 impjegati u negozji agrikoli għall-ewwel darba.

  • evalwazzjonijiet tar-riskju tal-post tax-xogħol imwettqa regolarment u prinċipalment minn persunal intern

    Jidher li hemm korrelazzjoni mad-daqs tal-istabbiliment, minħabba li s-sehem perċentwali tal-istabbilimenti fejn il-evalwazzjonijiet tar-riskju huma prinċipalment imwettqa mill-persunal intern, jiżdied mad-daqs.

    Dan ma jikkonkludi xejn dwar il-kwalità ta' dawn il-evalwazzjonijiet tar-riskju iżda fil-prinċipju, u bis-suppożizzjoni li dawk li jikkontrollaw ix-xogħol huma fl-aħjar pożizzjoni biex jikkontrollaw ir-riskji, l-intrapriżi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu evalwazzjoni bażika tar-riskju bil-persunal tagħhom biss.

    evalwazzjonijiet tar-riskju tal-post tax-xogħol imwettqa regolarment mill-pajjiżIkona taż-Żum
  • evalwazzjonijiet tar-riskju tal-post tax-xogħol imwettqa regolarment

    ESENER-2 jindika li 77 % tal-istabbilimenti fl-UE-28 iwettqu evalwazzjonijiet tar-riskju regolarment. Kif mistenni, hemm korrelazzjoni pożittiva mad-daqs tal-istabbiliment.

    Il-livelli assoluti tal-evalwazzjoni tar-riskju indikati mill-ESENER-2 huma probabbilment, sa ċertu punt, stmati ogħla milli fil-fatt huma. Dan it-tip ta' "żball fil-kejl" huwa komuni fl-istħarriġ kollu u l-ESENER-2 jagħmel użu tal-aħjar sforzi biex iżommhom minimi. L-aktar importanti, il-metodoloġija tiżgura li l-livelli kollha jistgħu jintużaw għal tqabbil validu bejn il-pajjiżi u għal analiżi kontra varjabbli oħra, li huma l-għanijiet prinċipali tal-istħarriġ.

    Ara aktar

    Agħfas żumIkona taż-Żum
  • Għaliex il-evalwazzjonijiet tar-riskju ma jsirux regolarment

    Ir-raġunijiet prinċipali mogħtija talli ma jsirux evalwazzjonijiet tar-riskju regolari huma li r-riskji u l-perikli diġà huma magħrufin (83) u li ma hemmx problemi kbar (80 %).

    Interessanti l-fatt li l-intrapriżi fil-klassijiet tal-iżgħar daqs jirrapportaw anqas ta' sikwit mill-kontropartijiet tagħhom li huma akbar li l-proċedura hija wisq ta' piż: 22 % fost dawk li jimpjegaw minn ħames sa disgħa ħaddiema meta mqabbla ma' 31 % fost dawk li jimpjegaw aktar minn 250 persuna.

    Agħfas żumIkona taż-Żum
  • Raġunijiet għall-indirizzar tas-saħħa u s-sigurtà

    Il-ħarsien tal-obbligi legali huwa rrapportat bħala l-akbar raġuni minn 85 % tal-istabbilimenti fl-UE-28.

    Hemm korrelazzjoni pożittiva żgħira mad-daqs tal-istabbiliment, filwaqt li b'settur, ma hemmx differenzi sinifikanti. It-tieni xprunatur l-aktar importanti għall-azzjoni dwar l-OHS huwa li jintlaħqu l-aspettattivi mill-impjegati jew mir-rappreżentanti tagħhom (79 %).

    Agħfas żumIkona taż-Żum
  • Diffikultajiet ewlenin biex ikunu indirizzati s-saħħa u s-sigurtà

    Riżultati skont id-daqs jissuġġerixxu li l-iżgħar stabbilimenti jidhru li jirrapportaw dawn iż-żewġ fatturi — il-kumplessità ta' obbligi legali u d-dokumentazzjoni — aktar spissi mill-kontropartijiet akbar tagħhom.

    B'kuntrast, in-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni, kemm fost il-persunal kif ukoll fost l-amministrazzjoni, huwa rrapportat partikolarment fil-klassi tal-akbar daqs, li hija sejba interessanti, għaliex tissuġġerixxi li kultura jew klima ta' sigurtà pożittiva tista' ssir aktar diffiċli biex tiġi ġestita aktar ma jikber id-daqs tal-intrapriża.

    Agħfas żumIkona taż-Żum
  • Fatturi ta' riskju li jeżistu fl-istabbiliment

    Il-fatturi tar-riskju li huma identifikati l-aktar ta' spiss huma l-indirizzar ta' klijenti, studenti jew pazjenti diffiċli (58 % tal-istabbilimenti fl-UE-28), segwiti minn pożizzjonijiet ta' għeja jew uġigħ (56 %) u movimenti repetittivi tal-id jew id-driegħ (52 %).

    Fil-kuntest attwali ta' bidla fis-soċjetà, is-sejbiet tal-ESENER-2 jirriflettu t-tkabbir kontinwu tas-settur tas-servizzi.

    Agħfas żumIkona taż-Żum
  • Żewġ fatturi l-aktar ta' riskju rrapportati ta' sikwit

    Ir-riskju ta' aċċidenti b'makkinarju jew għodod tal-idejn huwa l-fattur tar-riskju rrapportat ta' sikwit fil-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-iskart, il-provvista tal-ilma u l-elettriku (82 % tal-istabbilimenti fis-settur fl-UE-28), fl-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd (78 %) u l-manifattura (77 %).

    Il-ħtieġa li wieħed ikollu jiffaċċja konsumaturi, pazjenti, studenti eċċ. diffiċli huwa l-fattur tar-riskju l-aktar komuni fl-edukazzjoni, attivitajiet ta' saħħa tal-bniedem u xogħol soċjali (75 %) u fil-kummerċ, it-trasport, l-ikel/l-akkomodazzjoni u f'attivitajiet ta' rikreazzjoni (62 %).

    Agħfas żumIkona taż-Żum