You are here
OSH_001540_0.jpg

Leġiżlazzjoni

L-aktar leġiżlazzjoni Ewropea importanti rilevanti għall-evalwazzjoni tar-riskju hija d-Direttiva Qafas 89/391. Din id-Direttiva hija tassew qafas, bi “prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-prevenzjoni ta' riskji ikkaġunati mix-xogħol… kif ukoll bħala linji ta' gwida ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji ” (Art. 1.2.). Din tagħmel lil min iħaddem responsabbli biex jassigura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f'kull aspett relatat max-xogħol, u l-evalwazzjoni tar-riskju hija aspett integrali ta' din il-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSHM). Skond id-Direttiva, l-evalwazzjoni tar-riskju għandha tkun il-punt tat-tluq ta' proċess komprensiv ta' OSHM. Din għandha rwol ċentrali għax tippermetti lil dawk li jħaddmu jistabbilixxu l-miżuri li huma neċessarji sabiex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħhom. 

Id-Direttiva Qafas ġiet trasposta fil-legiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri, għandhom id-dritt li jintroduċu dispożizzjonijiet aktar stretti sabiex jipproteġu lill-ħaddiema tagħhom (għal din ir-raġuni għandek tikkonsulta l-legiżlazzjoni speċifika relatata ma' l-evalwazzjoni tar-riskju f'pajjiżek).