Avviż dwar il-privatezza

Il-parti organizzazzjonali tal-Aġenzija fdata bl-ipproċessar tad-data personali

Andrew Smith, Kap tal-Unità tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni

L-għan tal-ipproċessar

Għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ statistika anonima dwar l-użu ta’ dan is-sit web, jinħolqu log fajls għal kull aċċess għall-websajt, li jkun fihom id-data aggregata li ġejja: in-numru totali ta’ żjarat, il-pajjiżi tal-utenti, it-tul tas-sessjonijiet u l-mogħdija segwita mill-utenti matul is-sessjonijiet.

Tip ta’ data pproċessata

Dawk il-log fajls ikun fihom din l-informazzjoni li ġejja:

  • L-indirizz tal-IP tal-utent
  • Id-data u l-ħin meta t-talba tal-utent għall-aċċess għas-sit web tkun waslet fis-server tal-web
  • Il-URL mitluba
  • Il-kodiċi tar-ritorn tal-HTTP li jkun ingħata lir-rikjedent (l-utent)
  • Il-ħin tal-ipproċessar tar-rikjedent
  • L-istring tal-aġent tal-utent tar-rikjedent.

Bażi legali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u emendi sussegwenti.

Il-legalità tal-ipproċessar

L-ipproċessar huwa bbażat fuq l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (minn hawn 'il quddiem, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Il-benefiċjarji tad-data

L-aċċess għad-data personali jingħata fuq il-bażi tar-rwol u r-responsabbiltajiet tas-suġġetti involuti (il-prinċipju ta’ “ħtieġa ta’ tagħrif”):

  • Persunal tal-EU-OSHA debitament maħtur
  • Fornitur estern li jospita s-server tal-EU-OSHA
  • Is-Servizz Legali, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-Ombudsman Ewropew, il-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz tal-Awditjar Intern, jekk applikabbli.

Ir-riċevituri kollha msemmijin hawn fuq huma marbuta bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data. L-EU-OSHA mhux se tiżvela d-data personali lil partijiet terzi. L-EU-OSHA mhux se tiddivulga d-data personali għall-kummerċjalizzazzjoni diretta għal finijiet kummerċjali.

Cookies

Dan is-sit elettroniku jistabbilixxi cookies temporanji tas-sessjoni kull meta żżur dan is-sit. Dawn il-cookies huma meħtieġa biex iħallu s-sessjoni ssir. Dawn jitħassru meta inti tagħlaq is-sessjoni tal-brawżer tiegħek. L-indirizz tal-IP tal-utent ma jinħażinx f’xi cookie. Il-cookies għandhom ID unika biex jiġu identifikati s-sessjonijiet, ħaġa li hija kompletament anonima għall-finijiet li ssir is-sessjoni.

Din il-websajt tuża Matomo, softwer li jiġġenera statistika tal-web, li huwa kompletament ospitat fis-servers tal-EU-OSHA, li jinsabu fl-Unjoni Ewropea. Matomo jaħżen il-cookies fil-kompjuter tiegħek, iżda ma tinġabar l-ebda data personali. L-ID anonima tippermetti li Matomo jidentifika s-sessjoni tiegħek, iżda din l-ID ma tfisser xejn għal ħaddieħor, u ma tistax tintuża biex tidentifika utent individwali.

Jekk ma tixtieqx li l-EU-OSHA tintraċċa l-attività tiegħek permezz ta’ Matomo, inti tista’ tagħżel l-esklużjoni mill-Matomo billi tikklikkja fil-kaxxa t’hawn taħt.

Il-cookies ma fihomx informazzjoni personali dwarek u ma jistgħux jintużaw biex jidentifikaw utent individwali.

Id-drittijiet tas-suġġett tad-data

Is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt għal aċċess, rettifika u mblukkar tal-informazzjoni tagħhom (fil-każ ta’ ineżattezza tad-data), li jitolbu l-kanċellazzjoni tagħhom u li joġġezzjonaw għall-ipproċessar tagħhom fil-każijiet previsti fl-Artikoli 13, 14, 15, 16 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Jekk ikollok mistoqsijiet jew ilmenti rigward il-ġbir, l-ipproċessar jew l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: information@osha.europa.eu, billi fis-suġġett tinkludi l-kliem “protezzjoni tad-data”.

Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żamma tad-data

L-informazzjoni inkluża fil-log fajls tinżamm għal sentejn fis-server tal-EU-OSHA ospitat minn fornitur estern li jinsab fl-Unjoni Ewropea.

Id-data għall-ħolqien ta’ rapporti statistiċi anonimi jinżammu għal perjodu itwal.

Miżuri ta’ sigurtà

Aħna nieħdu miżuri ta’ sigurtà xierqa biex nipproteġu kontra l-aċċess mhux awtorizzat jew il-bdil, id-divulgazzjoni jew id-distruzzjoni tad-data b’mod mhux awtorizzat. Dawn jinkludu reviżjonijiet interni tal-prattiki tal-ġbir, tal-ħażna u tal-ipproċessar tad-data u tal-miżuri ta’ sigurtà tagħna, inkluż il-kriptaġġ xieraq tal-komunikazzjoni u miżuri ta’ sigurtà fiżika bħala protezzjoni kontra l-aċċess mhux awtorizzat għas-sistemi fejn naħżnu d-data personali.

Talba għall-informazzjoni

Għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri rigward l-immaniġġjar tad-data personali tagħhom, is-suġġetti tad-data jistgħu jindirizzaw it-talba tagħhom lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-EU-OSHA fuq: dpo@osha.europa.eu

Rikors quddiem il-KEPD

Is-suġġetti tad-data huma intitolati jagħmlu rikors quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data: http://www.edps.europa.eu, jekk iqisu li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ma jikkonformawx mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.