Irreġistra

Il-password għanda tkun twila mill-inqas 12-il karattru u teħtieġ li jkun fiha mill-inqas ittra żgħira waħda, ittra waħda kbira u numru wieħed.

OiRA

Login Irreġistra Aktar tagħrif

X'inhi OiRA (Online Interactive Risk Assessment - Valutazzjoni tar-Riskji Interattiva Onlajn)?

OiRA tfisser Valutazzjoni tar-Riskji Interattiva Onlajn. Hija għodda bbażata fuq l-internet li tippermettilek twettaq valutazzjoni tar-riskji tas-saħħa u tas-sigurtà tal-post tax-xogħol tiegħek.

Għal minn tfasslet l-għodda tal-OiRA?

L-OiRA tista' tintuża minn kull min jixtieq jivvaluta r-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà li jistgħu jkunu jeżistu fuq il-post tax-xogħol tiegħu.

Madankollu, l-OiRA hija mfassla biex tkun l-iktar utli għan-negozji ż-żgħar.

L-OiRA hija mfassla b'mod speċifiku biex tappoġġjahom fil-valutazzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol u biex tgħinhom jipproduċu valutazzjoni tar-riskji dokumentata, inkluż pjan ta' azzjoni adattat għar-rekwiżiti tan-negozju.

X'għandi nagħmel?

Hemm erba' stadji ewlenin xi tlesti fil-proċess tal-valutazzjoni:

  • It-Tħejjija: Dan l-istadju jagħtik ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni partikolari li tkun se tibda u jista' jippermettilek li tkompli tadatta l-valutazzjoni għan-natura speċifika tan-negozju tiegħek.
  • L-Identifikazzjoni: L-OiRA se tippreżenta sensiela ta' perikli jew problemi relatati mas-saħħa u s-sigurtà li jista' jkun jeżistu fuq il-post tax-xogħol tiegħek. Billi twieġeb id-dikjarazzjonijiet/mistoqsijiet b'iva jew le, tkun qed tiddikjara jekk tali perikli jew problemi humiex preżenti. Tista' wkoll tiddeċiedi li tħalli mistoqsija mingħajr tweġiba u għalhekk iżżommha pendenti biex tweġibha iktar tard.
  • L-Evalwazzjoni: Hawnhekk tkun tista' tistabbilixxi l-livell tar-riskju marbut ma' kull wieħed mill-punti li identifikajt bħala li 'jeħtieġ li jiġi indirizzat' fl-istadju tal-'Identifikazzjoni'.
  • Il-Pjan ta' Azzjoni: Fir-raba' stadju tal-valutazzjoni tista' tiddeċiedi liema passi tieħu biex tindirizza r-riskji li identifikajt qabel u x'riżorsi dawn ikunu jeħtieġu. Abbażi ta' dan, jiġi ġġenerat rapport awtomatikament fl-istadju li jmiss.

Kemm se tieħu żmien?

Huwa impossibbli jiġi stabbilit kemm valutazzjoni tieħu żmien ġeneralment billi l-għodda jvarjaw skont is-setturi u l-pajjiżi.

Madankollu, tista' tqatta' ż-żmien kollu li għandek għad-dispożizzjoni tiegħek fuq valutazzjoni, u mbagħad tista' tmur lura għaliha meta jkun komdu għalik u terġa' taqbadha minn fejn ħallejtha.

Għaliex għandi nirreġistra?

L-ewwel ħaġa li se tintalab tagħmel meta tibda l-ewwel valutazzjoni tar-riskji tiegħek hija li toħloq kont tal-OiRA - dan huwa proċess sempliċi u rapidu.

Meta tirreġistra tkun tista' sempliċement tilloggja fi kwalunkwe ħin biex tkompli valutazzjonijiet preċedenti jew biex tibda oħrajn ġodda.

Trid tkun żgur li jkollok f'idek valutazzjoni tar-riskji pprintjata, preċiża u aġġornata (fi kwlaunkwe ħin).

Għandi bżonn inħejji ruħi?

M'għandekx bżonn xi tip ta' tħejjija speċifika biex tibda tuża l-għodda. Madankollu għandek tieħu ftit ħin biex taħseb dwar min se jwettaq il-valutazzjoni tar-riskji, kif il-ħaddiema se jkunu involuti fil-proċess, eċċ.

Prodotta minn EU-OSHA. Dwar Privatezza Ċaħda ta’ responsabbiltà Liċenzja GPL