Micro and Small Enterprises (MSEs)

Intrapriżi Mikro u Żgħar (MSEs)

Intrapriżi mikro u żgħar (MSEs), b’interess, li jużaw għodda jew li jitgħallmu aktar dwar l-OiRA f’pajjiżhom/fis-settur tagħhom

Valutazzjoni tar-riskju

Il-valutazzjoni tar-riskju hija l-proċess tal-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika tal-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra:

  • x’jista’ jikkawża korriment jew ħsara;
  • jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le;
  • liema miżuri preventivi jew protettivi huma stabbiliti, jew jeħtieġ li jiġu stabbilit, biex jikkontrollaw ir-riskji.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Valutazzjoni tar-Riskju

Għodod

L-għodod tal-OiRA jippermettu lill-intrapriżi mikro u żgħar iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju. L-għodod jistgħu jintużaw faċilment, jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas u jistgħu jiġu aċċessati faċilment billi tikklikkja fuq il-link rilevanti ta’ hawn taħt. Il-biċċa l-kbira tal-għodod jiġu żviluppati għal settur jew sottosettur speċifiku iżda xi wħud huma bbażati wkoll fuq riskji jew attivitajiet speċifiċi, bħal riskji psikosoċjali jew xogħol fi spazji konfinati jew fuq soqfa.

Għodod tal-OiRA

Image
OiRA MSEs

Kuntatt/paġna web tas-sħab

Biex issib is-sieħeb tal-OiRA f’pajjiżek jekk jogħġbok ikklikkja l-link ta’ hawn taħt.

Sħab nazzjonali tal-OiRA

Kif tintuża l-OiRA

Biex tibda l-ewwel valutazzjoni tar-riskju tiegħek, fittex l-għodda ta’ interess tiegħek billi tagħżel il-pajjiż u s-settur/l-attività rispettivi fuq il-paġna tal-għodod tal-OiRA. Nota: Filwaqt li s-sħab tal-OiRA jkomplu jiżviluppaw għodod ġodda, mhux is-setturi kollha huma koperti fil-pajjiżi sħab kollha. Meta tkun sibt għodda tal-interess tiegħek, ikklikkja fuq “Ibda l-valutazzjoni tar-riskju”, se tintalab toħloq kont tal-OiRA - dan huwa proċess sempliċi u rapidu. Ir-reġistrazzjoni tippermettilek li sempliċiment tilloggja fi kwalunkwe ħin biex tkompli l-valutazzjonijiet preċedenti jew biex tibda oħrajn ġodda.

Filmati u materjal promozzjonali ta’ interess

L-EU-OSHA u partijiet ikkonċernati oħra tal-UE ħolqu riżorsi prattiċi inklużi filmati u infografika sa studji ta’ każijiet u preżentazzjonijiet aktar tradizzjonali għall-promozzjoni tal-OiRA. Il-materjali kollha jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas hawnhekk. Il-materjal nazzjonali jista’ jinstab fuq il-paġni web rispettivi tas-sħab nazzjonali tal-OiRA.

Links għal riżorsi prattiċi oħra tal-EU-OSHA

Il-materjali disponibbli hawnhekk inħolqu mill-EU-OSHA u minn partijiet ikkonċernati oħra tal-UE u jinkludu kollox minn filmati u infografika sa studji ta’ każijiet u preżentazzjonijiet aktar tradizzjonali. Il-materjali kollha jistgħu jitniżżlu mingħajr ħlas. Għal materjali nazzjonali tal-OiRA, jekk jogħġbok ara s-siti web tas-sħab tal-OiRA.

Informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-<i>data</i>

L-iskop tal-operazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek huwa l-ħolqien u l-log-in tal-kont tiegħek tal-OiRA (Evalwazzjoni tar-Riskju Interattiva Online), il-ħolqien ta’ valutazzjonijiet tar-riskju, pjanijiet ta’ azzjoni u rapporti. L-indirizzi tal-email jistgħu jintużaw biex jintbagħtu l-bulettini (jekk inti tkun għażilt l-opzjoni). L-applikazzjoni OiRA hija strument li tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħek mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA).
Għal aktar informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Protezzjoni tad-Data tagħna.