Sħab soċjali settorjali

Djalogu soċjali jirreferi għal diskussjonijiet, konsultazzjonijiet, negozjati u azzjonijiet konġunti li jinvolvu organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw iż-żewġ naħat tal-industrija (l-impjegaturi u l-ħaddiema).

L-EU-OSHA taħdem mill-qrib mal-kumitati tad-djalogu soċjali settorjali tal-UE sabiex tiżviluppa għodod tal-OiRA għal setturi partikolari (prinċipalment bl-Ingliż u b’referenza għad-direttivi tal-UE rilevanti), bl-għan li, bħala t-tieni pass, tadattahom għal kuntesti nazzjonali.